Il-Maġistrat Nadine Lia talbet biex tirrikuża ruħha mill-każ ta’ Papaqli li fih 11-il persuna spiċċaw vittma wara li karozza sportiva baqgħet dieħla fuq in-nies erba’ snin ilu.
Il-Maġistrat assenjata talbet biex il-każ ta’ Paqpaqli għall-Istrina ma jinstemax quddiemha għaliex saħqet li taf qraba tal-organizzatur tal-attività Paqpaqli għall-Istrina Tonio Darmanin.
B’reazzjoni d-difiża laqgħet d-deċiżjoni tal-Maġistrat li minn jeddha qalet li taf lil Darmanin u sussegwentament irrikużat ruħha.
Fil-każ hemm akkużat il-miljunarju Ingliż Paul Bailey li saq il-karozza li tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla fuq in-nies.
Fil-Qorti kien ħareġ li l-ilqugħ armat waqt Paqpaqli għall-Istrina ma kienx intenzjonat li jipproteġi lin-nies iżda kien hemm sabiex jifred parti mir-runway mill-ispettaturi.