Omm qed titlob għall-għajnuna tal-pubbliku wara li serqulha l-mobile b’ritratti ta’ żewġha li tilef ħajtu, fosthom ritratti taż-żwieġ tagħhom fl-isptar.Fil-messaġġ taghħa l-omm spjegat kif bintha kienet qed tilgħab logħba fuq il-mobile, iPhone 7 Plus iswed, fil-grawnd tal-Moskea f’Raħal Ġdid meta marret fil-kċina fejn x’aktarx ħallietu warajha. Spjegat kif sfortunatament meta rritornat lura ma sabitux hemm.
L-omm spjegat kif il-mobile għandu memorji sentimentali ħafna fih, fosthom ħafna ritratti ta’ żewġha li tilef ħajtu ftit ilu b’memorji taż-żwieġ tagħhom fl-isptar.
Hi appellat għal kull tip ta’ għajnuna sabiex jiġi rritornat lura.
Il-mobile hu protett b’password u ma jistax jinfetaħ faċilment.
Jekk sibt dan il-mobile u tixtieq tgħin lil din l-omm, irritornah fl-eqreb Għassa fejn minn hemm dan jista’ jiġi rritornat lura.