Il-Maġistrat Ian Farrugia ġie mitlub sabiex jinvestiga pjan sabiex raġel allegatament joqtol lil martu permezz ta’ qattiel professjonali.
Fil-Qorti, il-mara li talbet din l-investigazzjoni qalet li skopriet li żewġha kien qiegħed jippjana biex joqtolha hekk kif il-koppja għaddejja minn separazzjoni.
Intqal kif żewġha allegatament tkellem ma’ wieħed mill-impjegati tiegħu li huwa mill-Azerbajġan, sabiex dan jgħinu jikkuntattja qattiel.
Il-mara ppreżentat recordings tar-raġel Ażeri jirrakkonta x’kien intqal bejnu u r-raġel tal-mara.
Hawn jinstema’ jgħid kif kien offrut somma ta’ flus sabiex iqabbad lir-raġel ma’ qattiel minn pajjiżu.
Il-mara ssottomettiet ukoll filmati minn kameras moħbija fid-dar fejn kienet tgħix il-mara u li kienu qed iqisu l-passi tagħha.