Investiment ta’ madwar €300,000 fi Triq il-Munxar f’Għawdex, issarraf fi 3,000 metru kwadru ta’ asfalt,1,000 metru kanali tal-ilma, u 500 metru ta’ katusi tal-ilma tax-xita.
Triq il-Munxar, twila madwar kilometru, tingħaqad ma’ numru ta’ toroq oħra li l-Ministeru għal Għawdex qed jiffinanzja biex isirilhom asfalt u jitranġaw bil-għan li jkompli jitjieb il-livell tat-toroq u tal-infrastruttura fil-gżira tat-tliet għoljiet.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri rringrazzja lill-ħaddiema kollha li anki f’dan iż-żmien, baqgħu għaddejjin bix-xogħlijiet infrastrutturali fit-toroq biex jassiguraw toroq adegwati u siguri kemm għall-Għawdxin kif ukoll għal kull min, ġaladarba tgħaddi l-pandemija, iżur il-gżira Għawdxija.
Huwa sostna: “Dan qegħdin nagħmluh kif qed nagħmlu madwar Għawdex sabiex il-lantijiet li għandna miftuħin jibdew jingħalqu skont it-time frames u nkomplu b’aktar xogħlijiet infrastrutturali madwar Għawdex kollu.”