Fil-jum li l-Belt Kapitali mistennija tilqa’ eluf ta’ nies għall-avveniment tan-Notte Bianca, tħabbar li tlesta t-tieni fażi tal-proġett ta’ Vjal ir-Re Dwardu VII, magħruf aħjar bħala l-Biskuttin fil-Floriana. Ix-xogħolijiet kienu parti mill-proġett ta’ tisbiħ għal daħla li tixraq lill-Belt Valletta li fi ftit xhur oħra se tassumi t-titlu ta’ belt kapitali Ewropea għall-kultura.
Apparti dan, beda xogħol ta’ pavimentar fi pjazza Tritoni li ser jikkumplimenta mat-tisbiħ tal-Funtana ta’ Tritoni u tlesta r-restawr fid-daħla tal-Belt.
Iċ-Chairman tal-Korporazzjoni tar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Stefan Zrinzo Azzopardi, stqarr li mil-lum ‘il quddiem ix-xufiera ser jibdew iwaqqfu lill-passiġġiera f’post iktar aċċessibbli. Dan filwaqt li l-Ministru ta-tTuriżmu, Konrad Mizzi, spjega l-importanza ta’ dan il-proġett. Il-Ministru Mizzi saħaq li il-proġett sar konsultazzjoni sħiħa mal-partijiet konċernati.