Propju fis-19:30 tal-lejla, sigħat qabel ppjanat, infetaħ mill-ġdid l-aċċess għall-Bypass mill-Imrieħel Bypass u l-mini ta’ Santa Venera.
Dawn ix-xogħlijiet jiffurmaw parti minn proġett ta’ ħames miljun ewro li beda aktar kmieni din is-sena f’din it-triq.
L-istess karreġġjata, minn Santa Venera lejn il-Masra, tingħalaq mill-ġdid it-Tlieta bil-lejl, bejn is-sebgħa ta’ filgħaxija u l-ħamsa tal-għada filgħodu, sabiex tingħata l-kisja finali u jitlesta x-xogħol kollu f’din il-karreġġjata.