Dan fl-ewwel parti ta’ proġett li l-klabb tas-Sirens qiegħed jagħmel biex jimmodernizza l-faċilitajiet tiegħu, b’investiment ta’ iżjed minn 2 miljun ewro minn fondi tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Il-Ministru Ian Borg spjega li dawn il-fondi huma possibbli permezz tal-iskema ta’ regolarizzazzjoni li fl-aħħar jiem iġġeddet għal sena oħra, kif ukoll mal-multi li jħallsu żviluppaturi li ma jaħsbux għal spazji ta’ parkeġġ fil-proġetti tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius fisser kif sena wara sena, il-pitch tas-Sirens kien dejjem iġarrab ħsarat kbar kawża tal-maltemp fix-xhur xitwin. Saħaq li issa l-klabb jista’ jħares ‘il quddiem li jibni pitch ta’ livell internazzjonali.
Filwaqt li rringrazzja lill-Awtorità tal-Ippjanar, Il-President tal-Klabb Akwatiku tas-Sirens Dr Lino Vella qal li permezz tat-tlestija tal-ħajt issa jista’ jsir il-fazi li jmiss tal-proġett li tinkludi l-iskavar ghal indoor swimming pool. Spjega li s’issa l-ispiża tal-proġett kienet ta’ ftit inqas minn 300,000 ewro.