“Kollox lest” biex immigranti Messikani jinżammu ‘l barra mill-Istati Uniti, hekk kif għadha kif ġiet żvelatha parti mill-famuż ħajt li wiegħed il-President Donald Trump, li se jaqsam l-Istati Uniti u l-Messiku.
Is-Segretarja għas-Sigurtà Interna Kirstjen Nielsen qalet li l-amministrazzjoni ta’ Trump qed tħares lejn kull possibiltà legali biex iżżomm l-immigranti ‘l barra mill-Amerika ta’ Fuq. Il-kummenti tagħha saru fl-isfond ta’ karavan mimli immigranti li qed jaħarbu l-faqar u l-vjolenza fl-Amerika Ċentrali.
Sa issa, 9 metri mill-ħajt kienu inawgurati f’Kalifornja, u qed ikunu deskritti bħala l-ewwel fażi tal-ħajt mal-fruntieri Messikani.
“Let me be clear: Walls work.” stqarret Nielsen waqt l-inawgurazzjoni fil-preżenza tal-midja.