Tlestew ix-xogħolijiet relatati mal-ewwel fazi ta’ xogħol fi blokk Buqana fl-Imtarfa u ftit tal-jiem ilu beda x-xogħol tat-tieni fażi li jinkludi l-interventi fuq il-blokkok. Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes wara li x-xogħol beda f’ Gunju tal-2017.
Din il-binja li tinkludi 3 blokkijiet differenti inbniet fid-disgħinijiet u kienu bosta residenti li lmentaw dwar ix-xogħol li sar minkejja li gvernijiet nazzjonalisti ċaħdu li kien hemm problemi fil-bini.
F’Novembru tal-2014 Gvern Laburista qabbad kumpanija ta’ Inġiniera barranija bl-isem ta’ ARUP Engineers li sabu defiċenzi strutturali kbar li kellhom bżonn attenzjoni minnufih. Huma sabu li kien sar xogħol mhux professjonali, nuqqas ta’ sorveljar u kien intuża materjal inferjuri.
Intant, dan il-proġett għandu stima ta’ 3 miljun ewro.