Id-Deputat Konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali fil-White House, Mira Ricardel, kienet sfurzata tħalli l-kariga tagħha wara argument jaħraq ma’ Melania Trump.
Kelliema għall-White House qalu li din se tingħata rwol kompletament ġdid fl-amministrazzjoni Trump, hekk kif skont huma, ma ħaqqhiex l-unur li sservi f’dar il-President.
Jidher li l-argument seħħ waqt żjara uffiċjali fl-Afrika f’Ottubru.