Il-Ħamis li għadda, mara ta’ 57 sena spiċċat b’sieq maqbuda f’ ‘travelator’ wara li żelqet fil-bagalja hi u miexja għat-titjira tagħha, fl-Ajruport ta’ Bangkok, fit-Tajlandja.
Iben il-mara spjega kif minkejja li ommu qiegħda tipprova żżomm il-kuraġġ, dan mhux mument faċli għalihom u t-trawma hija waħda kbira.
Min-naħa tagħhom rappreżentanti tal-ajruport esprimew id-dieqa tagħhom u spjegaw li inbeda l-proċess ta’ tibdil ta’dawn it-‘travelators’.
Id-direttur tal-ajruport wiegħed li ser ikunu qed jikkumpensaw lill-familja filwaqt li spjega li nbdew l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ.
Ritratt: BBC