Kmieni waranofsinhar, Ingliż tilef ħajtu fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien, Għawdex, wara li ntlaqtet minn dgħajsa waqt li kien qed jgħum.
Malli sid id-dgħasja, ġuvni ta’ 19-il sena residenti n-Nadur induna b’dak li ġara tella’ lill-vittma fuq id-dgħajsa, Ingliż ta’ 76 sena residenti ix-Xagħra, u ħadu fuq il-bajja fejn ingħata l-ewwel għajnuna u ttieħed immedjatament l-Isptar permezz t’ambulanza.
Fuq il-post kien hemm membri tal-Pulizija, Patrol Boat tal-Forzi Armarti u numru ta’ paramediċ.
Bil-każ ġie infurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr P. Coppini LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.