Il-mara ta’ 24 sena min-Nepal li nhar it-Tnejn li għadda ittajret ma’ mara oħra fil-Fgura, fl-aħħar sigħat tilfet ħajjitha fl-Isptar Mater Dei.
L-inċident kien seħħ għall-ħabta tat-tmienja tal-bieraħ filgħaxija, fi Triq Hompesch, fejn barra din il-mara, irriżulta li f’dan l-inċident ittajjret ukoll mara oħra minn Nepal ta’ 34 sena.
Huma ttajru minn vann tat-tip Toyota Hilux, li kien misjuq minn mara ta’ 20 sena li tgħix Birżebbuġa.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Ian Farrugia, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
AĠĠORNAT: Mara fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn vann fil-Fgura