L-anzjana li kienet abbord l-ambulanza fi triqtha lura mill-isptar lejn il-Mellieħa, li kienet involuta fl-inċident kmieni lbieraħ filgħodu f’Selmun, tilfet ħajjitha lbieraħ filgħaxija.
L-inċident tal-bieraħ li seħħ għall-ħabta tas-1:20 ta’ filgħodu ħasad wkoll il-ħajja ta’ ġuvni ta’ 29 sena, li tilef ħajtu fuq il-post wara li vettura li kien passiġġier fiha kellha impatt ma’ ambulanza tar-Red Cross li fiha kien hemm abbord l-anzjana u t-tifla tagħha, mara ta’ 51 sena mill-Imġarr, kif ukoll żewġ membri tal-istaff mediku.
L-anzjana ttieħdet lura l-Isptar Mater Dei wara li seħħ l-inċident biex tirċievi l-kura neċessarja, fejn sfortunatament hi tilfet ħajjitha kawża tal-ġrieħi li ġarrbet.
Ritratt: TVM / Brandon Pisani