Tilfet ħajjitha mara li kienet milquta minn mutur tal-pulizija li kien qed jeskorta lid-Dukessa ta’ Edinburgh.
L-anzjana ta’ 81 sena Helen Holland, minn Essex, intlaqtet fil-punent ta’ Londra, fl-10 ta’ Mejju. Hija keinet sejra iżżur lil oħtha fil-ħin tal-inċident.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-familja tagħha qalet li wara l-inċident, il-mara ssieltet għal ħajjitha għal kważi ġimagħtejn. Madanakollu, soffriet ġrieħi gravi wisq u laħqet saret ħsara irreversibbli f’moħħha.
L-awtoritajiet fir-Renju Unit qed jinvestigaw il-każ, u mill-Palazz ta’ Buckingham ħarġu l-kondoljanzi minn naħa ta’ Sophie, id-Dukessa ta’ Edinburgh.