Lisa May Camilleri, mara ta’ 47 sena minn Raħal Ġdid, ingħatat sentenza t’erba’ snin ħabs sospiżi għal sena u tilfet il-garanzija personali ta’ €5,000 wara li kisret il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.
Il-mara qed tistenna li tgħaddi ġuri fuq akkużi ta’ xhieda falza wara li allegatament instigat lil bintha biex tigdeb fil-Qorti u tgħid li missierha stupraha meta kienet żgħira.