Infetħet uffiċjalment il-‘Climathon Event 2017″ li se jdum 24 siegħa. Dan l-avveniment mhux qed isir Malta biss hekk kif pajjiżna qed jingħaqad ma’ 44 pajjiz ieħor.
Il-Climathon f’pajjiżna se tlaqqa’ għadd ta’ persuni tekniċi fuq is-suġġett u oħrajn li ħadu interess biex flimkien jiddiskutu soluzzjoni biex jitjieb l-immaniġġjar fil-Belt Valletta.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Paragon Europe qal li flimkien mal-Climate-KIC qed itellghu din l-attivita. Anton Theuma saħaq li filwaqt li soluzzjonijiet kbar huma importanti l-ewwel ħidma trid issir min-nies.
Il-Ministru Herrera li kien prezenti saħaq fuq l-importanza tal-azzjoni f’dan il-qasam u qal li l-Gvern ukoll qed jgħin f’dan il-baġit b’inċentivi li jagħtu soluzzjonijiet sostenibbli.