Meta l-ħabiba tal-qalb ta’ Evie Farrell, omm minn Sydney fl-Awstralja, mietet bil-kanċer fl-età ta’ 43 sena, intebħet kemm il-ħajja hi wisq qasira. Minn hemm iddeċidiet li minflok tonfoq it-$30,000 li kellha mġemmajn fuq kċina ġdida, iddeċidiet li ddur id-dinja mat-tifla tagħha li għandha biss 5 snin.
“Ħabibti sfortunatament tilfet il-battalja tagħha mal-kanċer. Kienet l-isbaħ mara minlija ħajja u b’qalb tad-deheb. Minn hemm indunajt li dak li tixtieq twettaq, taqbad u twettqu għax ma tafx meta se tkun qed tħalli din id-dinja.”
Minn hemm Evie telqet mill-impjieg li hi kellha f’Sydney u fi Frar tal-2016 bdiet l-avventura flimkien mat-tifla tagħha.
Għal dawn l-aħħar ħdax-il xahar Evie u t-tifla tagħha żaru ‘il fuq minn tlettin pajjiż fosthom l-Indoneżja, Singapore, il-Malażja, Tajlend, il-Vjetnam, ir-Renju Unit, Franza u anke ċ-Ċina.