Tul il-jum tal-Ħadd, Henna Cachia se titla’ l-Ingilterra sabiex tagħmel trapjant tal-mudullun.
Fuq Facebook, Puttinu Cares qalu li Henna kellha titla l-Ingilterra, f’Marzu li għadda iżda minħabba l-pandemija ma segħtetx titla.
Huma awgurawlha għal din l-operazzjoni u awguraw il-pazjenti kollha li jinsabu barra minn Malta għall-kura.