Is-Seajet SB20 National Sailing League, kompla bejn l-23 u l-24 ta’ Marzu għall-tmiem il-ġimgħa ta’ tlielaq li jseħħu kull xahar maltul l-istaġun tal- ibburdjar 2023/24.
Dan l-avveniment mtella’ mill-Malta Young Sailors Club, jkun mistenni kull istaġun, fejn wieħed seta jara flotta mdaqqsa mnedija minn Sant’ Anġlu fil-Birgu u trasferita lejn San Pawl il-Baħar, f’kundizzjonijiet tar-riħ li nefħu madwar 18-il mil nawtiku fis-siegħa.
L-aħħar avviniment ra kompetizzjoni intensa fejn saru tliet tiġrijiet kuljum. Il- Maltese Musketeer Sailing Team eċċella fl-ewwel jum, fejn rebaħ żewġ tiġrijiet u spiċċa fit-tieni fit-tielet tellieqa. It-tim il-ġdid tal-Università ta’ Malta wera wkoll ħila ta’ min ifaħħarha, u ħalla lill-bqija tal-flotta jaspiraw għal riżultati aħjar fit-tieni ġurnata. Madankollu b’prestazzjoni konsistenti, il-Maltese Musketeer kisbu ir-rebħa ġenerali ta’ tmiem il-ġimgħa – l-ewwel trijonf għall-ekwipaġġ ta’ dan it-tim. L-Università ta’ Malta Sailing Team kisbu it-tieni post, bit-Tim Chiara jagħmel passi sinifikanti fit-tieni jum biex spiċċaw t-tielet globalment.
Il-flotta lokali rduppjat fl-aħħar ftit xhur b’sittax-il tim qed jikkompetu b’mod attiv f’Malta. Dan jagħmel l-SB20 – dgħajsa ‘one design’ – flotta li hija mbaħħra minn uħud mill-aqwa baħrin li għandna f’Malta. Barra minn hekk għadd ta’ timijiet lokali regolari se jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-Portugall biex jikkompetu fl-SB20 Grand Slam Spring Cup f’Cascais. Il-parteċipazzjoni tat-timijiet lokali f’din ir-regatta prestiġjuża, li tara fosa l-aqwa timijiet fl- Ewropa, hija possibbli bl-għajnuna ta’ SportMalta. Dan l-appoġġ jenfasizza l-impenn ta’ SportMalta li jippromwovi l-ibburdjar kompetittiv u jagħti lill-baħrin tagħna opportunità imprezzabbli biex juru il-ħiliet tagħhom ma’ wħud mill-aqwa fl-Ewropa, esperjenza siewja qabel il-Kampjonati Ewropej li se jsiru f’Malta fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru 2024.
L-avveniment li sar fit-tmiem il-ġimgħa ma setax ikun possibbli mingħajr l-appoġġ tal- Malta Young Sailors Club, ta’Seajet b’kortesija ta’ Dockshop, u d-dedikazzjoni ta’ bosta voluntiera li għandhom rwoli kruċjali f’dawn l-avvenimenti.
Hekk kif is-Seajet Malta Sailing League 2024 tkompli timxi l-quddiem, l-Assocjażżjoni tal-SB20 f’Malta tkompli tigi spirat mill-passjoni tal-baħrin tagħna, l-impenn tal-voluntiera, u l-appoġġ ġeneruż tal-isponsors tagħha.
L-istaġun huwa mimli b’kompetizzjoni tal-oghla livell, u sens qawwi ta ‘komunità. Ir-regatti kollha jsiru taħt l-awspiċji tal-Malta Sailing Federation