B’vendikazzjoni diretta lejn il-Kunsill Lokali tal-Marsa, xi ħadd kisser il-Kamera tas-Sigurta’ li twaħħlet fi Triq is-Serkin ftit jiem ilu.
Fuq il-paġna uffiċċjali tal-Kunsill Lokali tal-Marsa, tħabbar li din il-kamera ġiet ivvandaliżżata propju ftit jiem wara. L-intenzjoni tat-twaħħil ta’ din il-camera kien li jinqabad min jarmi illegalment u fuq kollox biex tinżamm aktar indafa u sigurta’ fil-Marsa.
Dan l-aġir ġie kkundannat ukoll mis-Sindku Luke Farrugia, fejn ħabbar ukoll fuq il-midja soċjali tiegħu d-diżappunt ta’ dan l-att, filwaqt li tenna li l-ħidma tal-Kunsill Lokali se tkompli għaddejja.
Il-komunita’ Marsija ukoll uriet id-diżappunt għal dan l-att permezz tal-kummenti li jikkundannaw l-aġir vendikattiv filwaqt li rrikonoxxew il-ħidma li ssir kuljum mill-Kunsill Lokali tal-Marsa.