Sigħat wara li l-Knisja neħħiet lill-Patri Deo Debono minn kappillan ta’ San Wistin fil-Belt wara li ġie implikat f’każ ta’ serq ta’ oġġetti sagri, oħt il-patri Agostinjan qalet li tinsab fiduċjuża li se toħroġ il-verita.
Oħt il-Patri Deo Debono epriemet id-dispjaċir tagħha għall-mod kif l-istorja dwar l-allegat serq fil-konfront ta’ ħuha ħarġet fil-midja. F’messaġġ fuq il-midja soċjali, spjegat li saret taf b’kollox wara li terzi persuni urewha x’kien qed jintqal qabel appuntament għand fiżjoterapista.
“Il-weġgħa hija kbira. Aħna trabbejna tajjeb. Ommi dejjem għallmitna s-sewwa. Fiducjuza li toħroġ il-verità'”
Hija għaddiet ukoll messaġġ lill-Arċisqof u qalet li dan żbalja wkoll għaliha, għalkemm qalet li taf li hija prassi normali li saċerdoti b’implikazzjonijiet serji bħalma saru fil-konfront ta’ ħuha jiġu sospiżi milli jkomplu jaqdu l-ministeru tagħhom.
“Iżda dan missu ftakar li l-kappillan huwa uman u għandu familja. Seta’ ġie avżat qabel biex anke ix-xokk fuqna ma kienx ikun doppju fi żmien qasir! Jien ħija, għamel x’ghamel, nispera li toħroġ il-verità u nibqa’ ta’ sostenn għalih (għax bħal koppja miżżewġa, fit-tajjeb u l-ħażin),”, qalet oħtu.
Hija tat ħajr lil kull min bagħat xi messaġġ u ħaseb fil-familja tagħha. “Nirringrazzja l-parruċċani li wkoll jemmnu fih. Lil ħija jien ma narax għax sar jgħix għalikom! Grazzi. Il-Bambin kbir u nħallu f’ idejH!”, temmet tgħid oħtu.
http://www.one.com.mt/2019/09/19/tithassar-il-festa-esterna-ta-santu-wistin-fil-belt-wara-allegazzjonijiet-fil-konfront-tal-eks-kappillan-1/