Il-komunità Serba f’Malta qalet li tinsab inkwetata bil-vjolenza li qed taffettwa lis-soċjetà Maltija. Filwaqt li offrew solidarjetà u talb lill vittmi kollha ta’ kriminalità, ikkundannaw l-atti ta’ wħud mis-Serbi hawn Malta.
Il-komunità Serba fi stqarrija qalet li tikkundanna kull imġieba kriminali u aggressiva u qalet li tinsab impenjata taħdem biex tippromwovi l-ħajja komunitarja. Ikkundannat ukoll l-inġustizzji u l-preġudizzju fis-soċjetà. Dan, osservat il-komunità, iseħħ minħabba l-imġieba ta’ individwi, u hija ħasra għax m’għandux jiddevja l-attenzjoni mill-ġid li qed isir.