Wara t-tħabbira ta’ strajk fi Franza mis-servizzi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-linja tal-ajru Air Malta avżat li ż-żewġ titjiriet tagħha lejn Pariġi Charles de Gaulle u t-titjira lejn Pariġi Orly se joperaw kif ippjanat, għada 6 ta’ Ġunju.
Fi stqarrija l-Air Malta avżat li jista’ jkun hemm il-possibbiltà ta’ xi dewmien fit-titjiriet minħabba restrizzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, u stqarret li se tagħmel dak kollu possibbli biex tevita inkonvenjenzi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI