Wara lejl ta’ konfużjoni fit-Turkija, l-impatt inħass f’Malta ukoll hekk kif titjira lejn Istanbul kienet kanċellata. ONE NEWS iltaqa’ ma’ Michaela Pace li llum kienet tiela t-Turkija biex tkompli riċerka fuq il-Psikoloġija.
Kienu wkoll bosta dawk li kienu qed jistennew wara l-bieb ta’ Turkish Airlines fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta biex jaraw x’ser jiġri sabiex huma jmorru lejn Istanbul. Għalkemm diversi gvernijiet, fosthom dak Malti, qed jagħtu l-parir biex dan il-pajjiż ikun evitat, diversi passiġġieri qed jaraw x’alternattivi hemm biex xorta jaslu f’din id-destinazzjoni.