It-titjiriet kollha ġew sospiżi fl-Ajruport Ingliż ta’ Stansted, wara li tul il-lejl li għadda kellha tingħalaq ir-runway minħabba l-maltemp.
Heathrow u Gatwick ukoll ikkanċellaw jew ittardjaw it-titjiriet wara li borra, silġ u ċpar ħakmu r-Renju Unit.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Twissija ta’ temp ikrah għall-Iskozja, Londra u l-Lbiċ tal-Ingilterra tibqa’ fis-seħħ tul dalgħodu, bit-tfixkil ikkaġunat mit-temp mistenni jkompli għas-sigħat li ġejjin.
Barra minn hekk, ferroviji kellhom jittardjaw u s-sewwieqa huma mwissija biex jieħdu ħsieb wara diversi inċidenti fuq-awtostrada.