Lufthansa kkanċellat kważi disa mitt titijira wara li l-attentat tagħha falla biex twaqqaf strajk tal-piloti.
Il-piloti ilhom jumejn fuq strajk minħabba raġunijiet ta’ ħlas, b’Lufthansa tispjega li kienu affetwati madwar 100,000 passiġġier.
It-titjiriet tal-linji l-oħra tal-Lufthansa, jiġifieri Eurowings, Swiss, Austrian Airlines u Brussels Airlines, ma kinux affetwati.
Pajjiżna kien ukoll affetwat minn dan l-istrajk hekk kif tħassret it-titjira LH1276 li kellha tasal pajjiżna fil-kwarta u t-titjiera LH1277 li kellha titlaq minn Malta fis-siegħa u għaxra ta’ wara nofsinhar.