Titjira li telqet mill-ajruport ta’ Khartum, il-belt kapitali tas-Sudan waslet ħamsa u għoxrin minuta tard fl-ajruport tal-belt kapitali tal-Etjopja wara li ż-żewġ kaptana, li kienu qed isuqu l-ajruplan marret għajnhom bihom.
Ġie irrapurtat li t-titjira kienet madwar 11,00 metru l’fuq fl-ajru. Il-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru pprova jikkuntattja lill-kaptana diversi drabi iżda ma kisbu l-ebda tweġiba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iż-żewġ kaptana raqdu u kien ħoss fil-kabina li qajjmithom it-tnejn li huma.
Ir-radar għall-kontroll tat-traffiku bl-ajru wera li l-piloti dawwru l-ajruplan sabiex ikunu jistgħu jinzlu f’Addis Ababa.