Ajruplan tal-Easyjet tniżżel fil-Ġermanja wara konverżazzjoni suspettuża dwar it-terroriżmu bejn passiġġieri abbord it-titjira li telqet minn Slovenja għar-Renju Unit.
L-ajruplan tniżżel is-Sibt filgħaxija bil-passiġġieri kollha abbord it-titjira ġew evakwati. Il-Pulizija Ġermaniża fi stqarrija qalet li kienu l-passiġġieri abbord l-ajurplan tal-EasyJet stess li ġibdu l-attenzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ dwar id-diskors suspettuż li kien qed jingħad bejn tliet passiġġieri irgiel.
L-irġiel ġew arrestati mill-Pulizija u qed isir investigazzjoni. Konsegwenza ta’ dan il-każ it-titjiriet ġew sospiżi għal tliet sigħat.