Titjira tal-Air Malta KM100 li telqet minn Malta fis-7.20 kellha terġa’ tirritorna lura fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta wara li l-ajruplan ntlaqat minn qatgħa għasafar.
Infetħet nvestigazzjoni interna dwar dan il-każ.
L-Ajruport internazzjonali ta’ Malta fi stqarrija talab skuża għal kull inkonvenjent u qal li qed jassisti bl-aħjar mod lill-passiġġieri affetwati.