Fi stqarrija, l-Air Malta, ħabbret li waħda mit-titjiriet tagħha, KM7446, minn Malta għal Lourdes, intlaqtet minn xi għasafar.
Il-passiġġieri kollha ġew evakwati b’mod sigur, iżda t-titjira ġiet ittardjata.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minħabba dan l-inċident u t-titjriet miżjuda f’Palermo minħabba nirien fl-Ajruport ta’ Catania, l-Air Malta ħabbret li jista’ jkun hemm xi dewmien.
Min-naħa tagħha, l-Air Malta, talbet skuża għal kull inkovenjent, u qalet li l-prijorità tibqà s-sigurtà tal-passiġġieri.