Aktar kmieni llum titjira tal-Air Malta, KM376, minn Malta lejn Berlin niżlet f’l-Ajruport ta’ Federico Fellini f’Rimini fl-Italja.
Fi stqarrija mill-linja nazzjonali tal-ajru ntqal li dan nieżel minħabba raġunijiet tekniċi.
F’din l-istqarrija, l-Air Malta qalet li l-passiġġiera kollha ngħataw l-assistenza meħtieġa, anki bl-akkomodazzjoni għal dan il-lejl.
L-Air Malta qalet li qed issib soluzzjoni biex il-passiġġiera jaslu fid-destinazzjoni finali mill-aktar fis.
Qalet ukoll li t-titjira ta’ ritorn, KM377, ukoll ġoet affettwata mill-ħin tal-iskeda.
Fi tmiem l-istqarrija, l-Air Malta qalet li tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.