Ajruplan tat-tip Boeing 767 qed jipprepara sabiex jagħmel inżul t’emerġenza f’Madrid wara li żviluppatlu ħsara waqt li kien se jibda t-titjira tiegħu.
Stqarrija tal-union tal-piloti Spanjoli qalet li waqt li beda t-titjira tiegħu waqgħet parti mill-mekkaniżmu tar-roti u nġibdet minn waħda mill-magni tal-ajruplan.
L-Air Canada kkonfermat dan l-inċident u qalet li l-ajruplan huwa kapaċi jaħdem b’magna waħda. Qalet ukoll li abbord l-ajruplan hemm 128 passiġġier.