Ajruplan tal-linja tal-ajru American Airlines li kien qed jopera titjira minn Miami lejn Londra, kellu jdur lura għaliex passiġġiera abbord ma riditx tilbes maskra.
It-titjira AAL38 tal-American Airlines, b’mija u disgħa u għoxrin passiġġier abbord, daret lura lejn Miami fejn kien hemm il-Pulizija qed jistennew.
Il-mara li kellha madwar erbgħin sena, ġie eskortata ’l barra minn fuq l-ajruplan u tpoġġiet fuq lista ta’ persuni li ma jitħallewx itiru mal-American Airlines sakemm isiru l-investigazzjonijiet.
It-titjira daret lura madwar siegħa wara li kienet telqet minn Miami.