Ilbieraħ waranofsinhar, titjira tal-easyJet, li telqet minn Malta lejn Manchester, kellha tinżel fl-Italja wara li wieħed mill-pilota u passiġġier ħasshom ħażin.
l-Air Bus A320 niżel fl-ajruport ta’ Milan-Malpensa. Skont il-passiġġieri, il-vittmi sabu l-paramediċi jistennewhom għall-ewwel għajnuna u ttieħdu l-isptar minnufih.
Kelliem għal easyJet qal lil Mail Online Travel li l-mard taż-żewġ persuni mhumiex relatati.
Wieħed mill-passiġġieri, Darren Bradshaw, qal li siegħa wara t-tluq tal-ajruport minn Malta, waħda mill-passiġġieri taha ħass ħażin. Ftit tal-mumenti wara, il-pilota ħabbar li l-kollega tiegħu ħassu ħażin u li għaldaqstant l-ajruplan kellu jitniżżel mill-aktar fis possibbli.
L-ajruplan kellu jinżel fl-ajruport ta’ Machester fis-2.10p.m. iżda wasal fid-destinazzjoni fl-4.20p.m.