Qed tissokta l-ħidma biex għases f’lokalitajiet differenti madwar il-pajjiż ikunu msebbħa u jkollhom il-faċilitajiet mtejba.
Fost oħrajn fl-aħħar jiem sar magħruf li se jkun qed isir anke r-restawr tal-faċċata tal-għassa taż-Żejtun, waħda mill-għases li sa nbniet bl-iskop li sservi ta’ għassa.
Hija wkoll għassa li tispikka għall-faċċata storika tagħha bi istil tal-arkitettura tal-bini hija neo-klassika, stil li kien jintuża mill-Ingliżi.
Saħansitra meta l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess fl-aħħar jiem għamlet ukoll numru ta’ kundizzjonijiet. Fosthom garanzija bankarja biex tassigura li x-xogħlijiet ma jagħmlux tibdil f’telephone box li tinsab quddiem il-faċċata tal-binja hekk kif din hija mudell K6 ta’ żmien l-Ingliżi.
Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela spjega li l-għan huwa li dan ix-xogħol ikun lest sa’ April ta’ din is-sena stess. Minkejja li xogħol estitku minn barra jsebbaħ l- għan ewlieni hu li ċ-ċittadin jinqeda aħjar. Għalhekk il-bidliet fuq ġewwa tal-għassa.