Mistoqsi dwar l-emendi għall-bidliet fil-liġi tal-IVF, Joseph Muscat fuq ONE Radio tenna: “Urejna li nisimgħu u għamilna xi emendi għal proposti tagħna. Fost oħrajn li l-kwistjoni ta-ssurrogacy noħduha b’mod separat u aġġustajna l-punt dwar l-anonimità tad-donatur.”
Joseph Muscat qal li dan kollu sar filwaqt li nżammu prinċipji importantissimi.
“Ma fhimtx is-sitwazzjoni tal-Oppożizzjoni. L-ewwel qaltilna li l-bidliet urew li għaġġilna imbagħad qalu li ma biddilna xejn. Jidher li l-Oppożizzjoni, l-attitudni tagħha hi li tibqa’ kontra kwalunkwe modernizzar fil-liġi tal-IVF,” qal Joseph Muscat li fisser kif il-gvern issa jrid jimxi ‘l quddiem biex fil-ġimgħat li ġejjin jitwettqu l-bidliet.