L-iscouts ta’ San Ġiljan qed iwettqu xogħol ta’ titjib fil-binja tagħhom permezz ta’ għotja mill-fond ta’ kontiġenza għall-għaqdiet volontarji.
Il-Group Scout Leader ta’ St Julian’s Scout Group, Carmen Muscat spjegat kif grazzi għal dawn il-fondi, din il-binja se tkun adekwata sabiex tkun tista’ tassigura li t-tfal kollha li jattendu jkunu f’ambjent sigur.
Muscat qalet, “Bis-saħħa tal-voluntary organisation funds ħdimna biex biddilna s-sistema tad-dawl l-antika tal-headquarters. Kineet antika u biddilna kollox biex jiġi safe għal kulħadd.”
Is-Segretarju Parlamentari għall-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima waqt żjara tax-xogħlijiet, spjega li dan il-proġett qed isir realtà
Is-Segretarju Parlamentari stqarr, “Illum ġejna naraw fejn permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-ħgħaqda mhux volontarja inbidlet is-sistema tad-dawl biex takkomoda 50 tifel u tifla li permezz din l-għaqda qed ikomplu jiviluppaw b’mod sħiħ.”
Grima, filwaqt li rringrazzja lil din l-għaqda tax-xogħol siewi li jagħmlu, saħaq li grazzi għal persuni li jaħdmu b’mod volontarju għal din is-soċjetà, il-volontarjat f’pajjiżna rnexxielu jżomm xi ħaġa ħajja matul dawn is-snin.