L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ħassret l-attività ta’ lejlet l-ewwel tas-sena fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt.
Dan wara diskussjonijiet li seħħew matul dawn l-aħħar sigħat fid-dawl tal-iżviluppi u s-sitwazzjoni relatata mal-pandemija.
Minflok l-ispettaklu li kien pjanat se jkun qiegħed isir fil-forma ta’ produzzjoni għat-televiżjoni minn ġewwa Forti Sant’Iermu skont dak li jippermettu l-protokolli.
Dan l-ispettaklu se jkun qed jixxandar fuq ONE fost oħrajn.