Tħassret l-aħħar serata tal-Farsons Beer Festival, konsegwenza tar-riħ qawwi li ħakem lill-pajjiżna.
L-organizzaturi tal-festival, ħabbru dan f’kitba fuq Facebook, fejn stqarrew li b’dispjaċir kellhom jieħdu din id-deċiżjoni fl-interess tas-saħħa pubblika.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan filwaqt li rringrazzjaw lil kull min attenda għal dan il-festival s’issa u lil dawk kollha li b’xi mod ikkontribwew biex jittella’ dan l-avveniment.
