Il-maltemp li laqgħat lill-gżiritna fil-jum tal-Ħadd wassal biex tħassret il-11-il edzzjoni tal-President’s Solidarity Fun Run. Dan l-appuntament annwali li jkun mistenni minn eluf ta’ Maltin huwa parti minn attivtiajiet li jsiru b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Id-deċiżjoni li tiġi posposta l-fun run ittieħdet bħala prekawzjoni għas-sigurtà tal-parteċipanti minħabba l-fatt li l-kundizzjonijiet tat-toroq minħabba x-xita, ma kinux ideali biex wieħed jimxi jew jiġri.
Bħalissa għadejjin diskussjonijiet biex fil-jiem li ġejjin tinstab data alternattiva u xorta jinżamm dan l-appuntament annwali tant mistenni mill-poplu Malti u Għawdxi.