Jekk tħobb tivjaġġa, u tgħoġbok Franza, din l-aħbar tajba għalik.
Se jibdew isiru titjiriet bejn Bordeaux u Malta, pemezz tal-linja tal-ajru Volotea. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Volotea u rappreżentanti tal-Ajruport Bordeaux–Mérignac.
It-titjiriet se jibdew illum u se jkomplu tul l-iskeda kollha tas-sajf. Bejn April u Ġunju, u Settembru u Ottubru, se jkun hemm titjijra fil-ġimgħa.
B’hekk bejn il-Lbiċ ta’ Franza u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, se tkun tista’ tivjaġġa f’temp ta’ sagħtejn u ħamsin minuta.