Fi stqarrija konġunta bejn Festivals Malta u l-Malta Public Transport, tħabbar li biex il-karrijiet ikunu protetti minn kull element u anke jitgawda il-Karnival fil-jiem li ġejjin, ġie maqbul li l-karrijiet jiġu pparkjati fid-ditch ta’ San Ġakbu minflok fuq il-Fosos tal-Furjana.
Għaldaqstant bi qbil mal-parteċipanti tal-Karnival, il-Malta Public Transport u l-entitatjiet governattivi se jkunu qed jibdlu b’mod temporanju l-post tat-terminus f’Żoni B u Ċ. Din il-bidla se tidħol fis-seħħ mis-Sibt 10 ta’ Frar sal-Erbgħa 13 ta’ Frar sas-6:00 ta’ filgħaxija.
Iż-żoni tat-terminus se jiġu trasferiti għal Triq San Publiju għal Żona B u Triq Sarria għal Żona Ċ.
Waqt dan il-perjodu se jiġu affettwati dawn ir-rotot:
Żona B:
- B3: Rotot 21, 22, X4
- B4: Rotot 24, 25, 32, 35
- B5: Rotot 31, 45, 48
- B6: Rotot 41, 42, 49, 250
- B7: Rotot 44, 47, 238
- B8: Rotot 43, 46, 260
Żona Ċ:
- C1: Rotot 50, 58A, 58
- C2: Rotot 51, 52, 53
- C3: Rotot 54, 56
- C4: Rotot 61
- C5: Rotot 62
- C6: Rotot 63, 64
Filwaqt li l-Malta Public Transport qed tirrakkomanda lil kull min juża t-trasport pubbliku biex jieħu nota ta’ dawn it-tibdiliet temporanji u biex jippjana l-vjaġġ tiegħu sew minn qabel, ħabbret li dawn is-servizzi jerġgħu jkomplu b’mod normali wara s-6:00 ta’ filgħaxija tat-Tlieta 13 ta’ Frar.
Festivals Malta rringrazzjat lill-Malta Public Transport, lill-Korp tal-Pulizija, lil Transport Malta, il-LESA u l-Kunsill Lokali tal-Furjana, li lkoll flimkien ingħaqdu biex tinstab l-aħjar soluzzjoni ħalli f’kull ħin il-karrijiet tal-Karnival jiġu protetti f’dawn il-jiem.
Għal aktar informazzjoni u l-aħħar tibdiliet fir-rotot, wieħed għandu jżur is-sit uffiċjali tal-Malta Public Transport fuq www.publictransport.com.mt.