Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella ħabbar l-iskwadra li ġet magħżula għal logħbiet mill-Kampjonat Ewropej 2021 kontra L-Irlanda ta’ Fuq u r-Rumanija rispettivament; logħbiet validi minn Grupp 8.
It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena ser jilgħab kontra l-Irlanda ta’ Fuq nhar il-Ġimgħa filwaqt li kontra r-Rumanija t-Tlieta 8 ta’ Settembru liema partiti ser jintlagħbu fic-Centenary Stadium bil-bibien magħluqa.
F’din l-iskwadra hemm numru ta’ plejers ġodda fosthom il-goalkeeper Duncan Formosa, id-difensuri Carlo Zammit Lonardelli u Matthew Ellul, il-midfielder Adam Magri Overend u Alex Satariano kif ukoll l-attakant Andrei Spiteri.
Myles Beerman li kien jifforma parti mit-tim tal-kbar ġie ukoll inkluż fl-iskwadra tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena.
L-iskwadra kollha hija din:
Goalkeepers – Duncan Formosa (Luxol St.Andrews), Timmy Aquilina (Sliema Wanderers), Cain Formosa (San Ġwann)
Difensuri – Gary Camilleri (Balzan), Dejan Debono (Mosta), Nicholas Pulis (Valletta), Carlo Zammit Lonardelli (Fidelis Andria), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Matthew Ellul (Hibernians).
Midfielders – Zachary Karl Grech (Hibernians), Adam Magri Overend (Santa Lucia), Connor Zammit (Hibernians), Alexander Satariano (Sliema Wanderers), Neil Frendo (Balzan), Jamie Zerafa (Santa Lucia), David Xuereb (Hibernians), Ayrton Attard (Hibernians).
Attakanti – Jan Busuttil (Floriana), Myles Beerman (Hibernians), Aidan Jake Friggieri (Gudja United), Nevin Portelli (Gżira United), Andrei Spiteri (Mosta), Zachary Brincat (Mosta).