Illum tħabbret il-mewt tax-xandar Toni Cilia li kien wieħed minn tal-bidu nett ta’ Super One Radio. Fil-fatt huwa ta sehem kbir tiegħu fit-twaqqif tal-istazzjon u għamel żmien bħala preżentatur fuq l-istess stazzjon. Huwa kellu kollezzjoni mpressjonanti ta’ diski minn kull era mużikali.
Cilia kien deskritt minn sħabu u l-kollegi li ħadmu miegħu mill-qrib, bħala persuna ġeneruża li dejjem issibha meta fil-bżonn. Huwa kien jgħin lil ħaddieħor, simpatiku u bi tbissima.
F’isem ONE NEWS inwasslu l-kondoljanzi lill-familja tiegħu u l-qraba ta’ Toni Cilia.