Tħabbret il-mewt tal-eks xandar fuq ONE Radio, il-Professur Charles E. Zammit. Huwa ppreżenta għal aktar minn għaxar snin fuq ir-radju tal-istazzjon ONE.
Dwar Zammit tkellim max-xandar veteran Ray Azzopardi, li tkellem b’nostalġija dwar iż-żmien meta kien jippreżenta miegħu.
“Kien wieħed mill-ewwel għalliema tal-mużika, partikolarment it-terapija tal-mużika f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa, u kien iwassal programmi fuq ONE Radio għal snin sħaħ, beda fl-1994 u baqa’ għaddej sal-2006, programmi li kienu jixxandru wara nofsinhar daqqa t-Tlieta, daqqa l-Erbgħa, u kienu programmi mhux biss li jwasslu informazzjoni dwar il-mużika klassika imma wkoll programmi li permezz tagħhom wieħed jitgħallem kif għandu jirrilassa u anke wkoll isib fejqan għal ċertu problemi ta’ mard, li għax kien hemm it-terapija bil-mużika li kienet tidħol ukoll invoga ħafna.”
RAY AZZOPARDI
Il-Professur Zammit, li kien Ħamruniż, li studja l-euphonium, il-pjanu u t-teorija tal-mużika, u li kien għalliem tal-mużika. Huwa kien Surmast tas-Soċjetà Filarmonika ‘L-Unjoni’ ta’ Ħal Luqa bejn l-1979 u l-2010.