Tħabbret il-mewt tal-mużiċist veteran u surmast Vinnie Vella, li għamel isem għalih u għall-band tiegħu tal-Jazz, Vinny’s Blue Jackets, b’mod partikolari fil-pjazez u t-toroq tal-Belt Valletta sa mis-snin ħamsin.
Vella, li sa ftit ta’ snin ilu kien għadu jippreżenta programm fuq Radju Malta bl-isem ta’ ‘Those Were The Days’, twieled il-Belt u f’Jannar li għadda għalaq 96 sena.
Magħruf bħala klarinettista u sassofonista prim, Vinnie u l-band tiegħu kienu jdoqqu anke għas-Servizzi Ingliżi u ħadu sehem f’kunċerti fil-preżenza tar-Regina Eliżabetta t-Tieni u żewġha l-Prinċep Philip.
Vinnie kellu wkoll ix-xorti li jiltaqa’ mal-istilla internazzjonali tal-ħamsinijiet, Bill Haley, waqt li daqq ma’ oħrajn popolari bħal Bobby Solo u Albano, fost l-oħrajn.
Fost l-oħrajn il-Ministri responsabbli mill-Arti u Kultura, Owen Bonnici sellem il-memorja Vella u qal kif se jibqa’ mfakkar għall-irwol tiegħu fix-xena mużikali wara l-gwerra.
konferma mhux biss tal-ħidma ma taqta’ xejn tiegħu, iżda tar-rispett mistħoqq li jgawdi fil-Parlament Ewropew.