Dan il-lejl tħabbret il-mewt tal-Kunsillier Laburista f’Ħaż-Żebbuġ, Godwin Grech.
Kien ibnu, Owen, li ħabbar il-mewt ta’ missieru fuq il-midja soċjali. Qal li missieru dejjem kien lest jgħin u jħobb lil kulħadd.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Godwin Grech kien ilu kunsillier fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ għal ftit xhur, wara li ġie elett fl-elezzjoni ta’ Ġunju li għadda.
Sadanittant, tħabbar li l-funeral ta’ Grech se jsir għada fit-tmienja ta’ filgħodu fil-Knisja ta’ Ħaż-Żebbuġ.
AQRA AKTAR: