Il-kitarrist rock Brittaniku John Sykes, li kien jifforma parti mill-gruppi popolari Whitesnake u Thin Lizzy, miet fl-età ta’ 65 sena.
Il-mewt tiegħu tħabbret permezz tal-paġna uffiċjali tiegħu fuq Facebook fejn kien iddikjarat li tilef il-ġlieda tiegħu kontra l-marda tal-kanċer.
Huwa beda l-karriera tiegħu fl-1980 mal-grupp heavy metal Tygers of Pan Tang fejn irrikordja żewġ albums qabel ingħaqad ma’ Thin Lizzy fl-1982. Hu baqa’ magħhom sakemm infirdu fl-1984 u kien parti mill-album ċelebri tagħhom ‘Thunder and Lightning’.
Fl-1984 ingħaqad ma Whitesnake u kien parti mill-ewwel album ta’ suċċess għalihom ‘Slide It In’. Magħhom kien parti minn żewġ albums filwaqt li kellu sehem mill-kitba ta’ uħud mill-aktar diski popolari bħal ‘Is This Love’ u ‘Still Of The Night’.
Fl-1996 reġa ingħaqad mal-grupp iffurmat mill-ġdid Thin Lizzy fejn baqa’ jmexxi lill-grupp sal-2009.