Tħabbret il-mewt tal-Professur u l-Kardjologu, Albert Fenech fl-età ta’ sebgħin sena.
Huwa nstab mejjet fid-dar tiegħu fis-Siġġiewi u huwa mifhum li miet b’kawża naturali.
Il-Professur Fenech flimkien mal-kardjologu Alex Manche kien il-fundatur tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija f’Malta fl-elf disa’ mija u ħamsa u disgħin.
Albert Fenech serva bħala deputat Nazzjonalista bejn l-elfejn u tlettax u l-elfejn u sittax.
Fuq Twitter, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne sellem il-memorja ta’ Fenech u nnota kif il-Professur Fenech ikkontribwixxa għal kura medika f’pajjiżna.